Ġurija tal-Premju LUX

Il-Ġurija tal-Premju LUX tinkludi produtturi, distributuri, operaturi taċ-ċinema, diretturi artistiċi u programmaturi ta’ festivals tal-films u parteċipanti magħżula ta’ 27 Times Cinema.

Rappreżentanti tas-sħab ewlenin, il-European Film Academy, tal-Kummissjoni Ewropea/tal-programm Ewropa Kreattiva, u ta’ Europa Cinemas jieħdu sehem bħala osservaturi.

Il-President Onorarju li jippresiedi l-ġurija tal-Premju LUX 2024 huwa Michael Downey OBE, President tal-European Film Academy.

Kull sena, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament Ewropew japprova l-membri tal-ġurija. 

Ikklikkja biex tiskopri aktar dwar il-proċess tal-għażla.

Ġurija tal-Premju LUX 2024

people

Mike Downey

President Onorarju tal-Premju LUX – il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza, President tal-European Film Academy
Member of the LUX Selection Panel in 2021, 2022, 2023, 2024

Mike Downey huwa produttur u attivist ċinematografiku Irlandiż li waqqaf kumpanija ta’ produzzjoni indipendenti bbażata f’Dublin u f’Londra, Film and Music Entertainment (F&ME) fis-sena 2000. Sal-lum għandu krediti f’aktar minn 100 film.

Matul il-karriera relattivament qasira tiegħu bħala produttur ċinematografiku, huwa ħadem ma’ persunaġġi bħal Peter Greenaway, Agnieszka Holland, Julien Temple, Pawel Pawlikowski, Calin Peter Netzer, Andrzej Jakimowski, Juraj Jakubisko, Friðrik Þór Friðriksson, Michel Franco u Stephen Daldry, kif ukoll ma’ għadd kbir ta’ diretturi oħra minn madwar l-Ewropa, l-Amerika t’Isfel, l-Afrika u l-Indja.

Ix-xogħol reċenti tiegħu bħala produttur ċinematografiku inkluda proġetti li fihom ħadem ma’ kittieba leġġendarji bħall-kbir James Ellroy, il-mibki Günter Grass, u Thomas Keneally (Schindler’s List). Huwa ħadem ukoll ma’ Colm Tóibín, mal-awtriċi ta’ Ida Rebecca Lenckiewicz, mal-fundatur u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ VICE Group, Shane Smith, u ma’ diretturi differenti, bħal Volker Schlöndorff, Mohsen Makhmalbaf u Oliver Hirschbiegel.

Minbarra l-ħafna suċċessi li kellu fil-box office, il-produzzjonijiet ta’ Mike rċevew aktar minn 250 premju inkluż mill-biċċa l-kbira tal-festivals ċinematografiċi ewlenin inklużi Cannes, Berlin, Toronto, Sundance, San Sebastian, Tokyo u ħafna oħrajn.

Downey ilu kważi 20 sena membru tal-bord tal-European Film Academy u wara sitt snin bħala Viċi President, ġie elett President fl-2020, u wettaq dmirijietu flimkien mal-ex President Wim Wenders u mal-President attwali Agnieszka Holland. Fl-2006, ġie elett fil-Kunsill tal-British Academy of Film and Television Arts (BAFTA) u fl-2008, ġie elett fil-Kumitat tal-Films tal-BAFTA. Fl-2020 reġa’ ngħaqad mal-Kunsill tal-BAFTA. Downey huwa wkoll trustee tal-White Ribbon Alliance, organizzazzjoni globali ewlenija li għandha l-għan li tnaqqas il-livelli ta’ mortalità fit-twelid fid-dinja li qed tiżviluppa, u huwa wkoll kofundatur u membru tal-bord tal-International Coalition for Filmmakers at Risk (ICFR), fondazzjoni tal-karità li tippromwovi u taġixxi b’solidarjetà mal-produtturi ċinematografiċi f’riskju madwar id-dinja kollha.

Ħa sehem f’aktar minn 20 ġurija internazzjonali f’festivals ċinematografiċi madwar id-dinja, fosthom il-Festival taċ-Ċinema ta’ Sarajevo, il-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Rio de Janeiro, il-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Cottbus, il-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Varsavja, il-Festival taċ-Ċinema ta’ Istanbul, il-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Montreal, il-Festival taċ-Ċinema ta’ Motovun, il-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Sofija, il-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema tat-Transilvanja, il-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Krakovja u l-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Zagreb, fejn ġiet ippreżentata retrospettiva ta’ xogħlu mal-F&ME fl-2009.

Fl-2014, ġie nnominat bħala Produttur tad-Deċennju fil-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema ta’ Fort Lauderdale, u ngħaqad maż-żewġ rebbieħa preċedenti Ed Pressman u Robert Evans. Xogħlu bħala produttur ġie mfaħħar ukoll fil-Festival taċ-Ċinema ta’ Praga tal-2015. Barra minn hekk, irċieva l-Kristian Lifetime Achievement Award minn Praga fl-2021 u fl-2023 f’Reykjavik, irċieva l-premju inawgurali għall-karriera mill-industrija tal-films Iżlandiża għall-kontribuzzjonijiet tiegħu liċ-ċinema internazzjonali.

Fl-2020, l-alma mater tiegħu, l-Università ta’ Warwick, onoratu b’dottorat D.Litt. honoris causa, għax-xogħol tiegħu u għall-kontribut tiegħu lit-teatru u ċ-ċinema Ewropej. Fir-rwol tiegħu fil-European Film Academy, hu u l-bord qed jappoġġaw l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni edukattiva, Filmclub, li għandha l-għan li twassal ċinema ta’ kwalità fl-iskejjel madwar l-Ewropa.

Fil-bidu tal-2022, Mike ġie mistieden biex ikun Fellow tar-Royal Society of Arts, kif ukoll biex jiddaħħal formalment fil-US Academy of Motion Picture Arts and Sciences (AMPAS). Fl-2017 ingħaqad mal-Asia Pacific Screen Academy wara li rebaħ il-Premju tagħhom għad-Diversità Kulturali taħt il-patroċinju tal-UNESCO, għall-film Georgjan Dede.

L-aktar produzzjonijiet reċenti tiegħu jinkludu l-film Albaniż The Rise and Fall of Comrade Zylo, li huwa kiteb b’mod konġunt u The Green Border ta’ Agnieszka Holland li bħalissa jinsab fil-fażi ta’ wara l-produzzjoni. Huwa qed jaħdem ukoll fuq il-film bijografiku ta’ Holland dwar Kafka, li għadu ħiereġ, Franz, li jinsab fil-fażi ta’ qabel il-produzzjoni. Films oħrajn li ħadem fuqhom fil-fażi ta’ wara l-produzzjoni jinkludu La Suprema (il-Kolombja), Familiar ta’ Calin Peter Netzer (ir-Rumanija), Hotel Pula (il-Kroazja), Hidden People (is-Slovenja), The Song of the Goats (il-Polonja) u Streetkids United (in-Netherlands). Films li bħalissa jinsabu fil-fażi attiva ta’ preparazzjoni huma It All Ends Here ta’ Rajko Grlić (il-Kroazja), LO-FI (it-Turkija), Gorki Resort (il-Polonja), The Sun, The Moon, and the Eleven Stars (it-Turkija) kif ukoll Lady D (l-Albanija) li huwa kiteb ukoll b’mod konġunt. Bħalissa qed jikteb If I Were a Boy f’kollaborazzjoni mad-direttur Fatmir Koci, li hu bbażat fuq ir-rumanz ta’ Haki Stermilli.

L-ewwel rumanz ta’ Mike, Istria Gold, ġie ppubblikat fir-Renju Unit u fl-Irlanda f’Ottubru 2022 minn Mpress Media/Calm Productions. Il-ktieb se jiġi ppubblikat fil-Kroazja f’Settembru u l-Bulgarija f’Ottubru, filwaqt li aktar edizzjonijiet se jiġu ppubblikati fil-Maċedonja u t-Turkija aktar tard din is-sena. Istria Black, it-tieni ktieb mis-sensiela, li huwa t-tieni parti tat-trilogu THREE COLOURS ISTRIA, se jiġi ppubblikat f’Diċembru u l-parti finali, Istria Blue, se tiġi ppubblikata mbagħad fl-2024. Bħalissa huwa l-Kittieb Residenti għax-xahar ta’ Ġunju 2023 fil-Fondazzjoni u ċ-Ċentru Bergman ta’ Ingmar Bergman fid-dar preċedenti tiegħu f’Fårö, il-gżira tal-Baħar Baltiku fil-Grigal ta’ Gotland.

Huwa jaqsam il-ħin tiegħu bejn Istria, Dublin u kull fejn ikun qed jiġbed l-aħħar film tiegħu.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Margherita Chiti

Distributriċi f’Teodora, Produttriċi f’Palomar, Membru tal-European Film Academy
Member of the LUX Selection Panel in 2024

Distributriċi f’Teodora, Produttriċi f’Palomar u Membru tal-European Film Academy, Margherita Chiti ngħaqdet ma’ Sacher Distribuzione ta’ Nanni Moretti bħala Kap tad-Distribuzzjoni fl-2007. Fl-istess ħin, ħadmet bħala Assistenta tal-Produzzjoni għall-kumpaniji tal-produzzjoni ta’ Luigi Musini u Roberto Cicutto On My Own u Cinemaundici. Fl-2012, Margherita ngħaqdet ma’ Teodora Film Distribuzione bħala Kap tal-Akkwisti u l-Bejgħ tat-TV. Hija ngħaqdet ma’ Palomar Produzioni bħala Kap tal-Produzzjonijiet u l-Affarijiet Internazzjonali – Ċinema u TV fl-2021. Ilha taħdem bħala esperta għall-Aġenzija tal-UE Ewropa Kreattiva fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-aċċess għall-iskemi ta’ finanzjament għas-swieq għal aktar minn 10 snin. F’April 2018, hija waqqfet b’mod konġunt Women in Film, TV & Media Italia u ilha membru tal-bord minn dak iż-żmien ’l hawn.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Margje De Koning

Direttriċi artistika – Festival ċinematografiku Movies That Matter
Member of the LUX Selection Panel in 2023, 2024

Wara li temmet l-istudji tagħha, Margje de Koning qattgħet 12-il sena tidderieġi dokumentarji għal diversi kumpaniji tax-xandir.

Hija ħadmet ukoll bħala lettur dwar id-dokumentarji fl-Università ta’ Amsterdam.

F’Awwissu 2004, Margje laħqet Editriċi tal-Akkwiżizzjonijiet għal dokumentarji ta’ 52 minuta l-wieħed. Dan kien jinvolvi l-produzzjoni u l-koproduzzjoni ta’ dokumentarji kreattivi ta’ 52 minuta dwar kwistjonijiet soċjali, soċjokulturali u morali kontemporanji b’angolu qawwi ta’ interess uman. Id-dokumentarji jiffokaw l-aktar fuq kwistjonijiet Olandiżi, iżda jħarsu wkoll lejn kwistjonijiet oħra mid-dinja kollha. Margje de Koning serviet bħala l-kap tad-Dipartiment tat-Televiżjoni tax-xandar tas-servizz pubbliku IKON minn Jannar 2005, u f’Jannar 2012 hija saret Kap tat-TV, ir-Radju u l-Programmazzjoni Ġdida tal-Media ta’ IKON. F’Jannar 2016, IKON ġiet inkorporata f’EO b’Margje de Koning bħala Kap tad-Dokumentarji għal EOdocs. F’Settembru 2019 hija ħalliet ix-xandar pubbliku sabiex issir id-direttriċi artistika l-ġdida tal-festival ċinematografiku Movies that Matter.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Marta Fernandes

Esebitriċi f’Cinema Ideal u Distributriċi f’Midas Filmes
Member of the LUX Selection Panel in 2023, 2024

Kap tad-distribuzzjoni u tal-akkwiżizzjonijiet f’Midas Filmes minn Awwissu 2008, Marta hija wkoll membru tat-tim tal-programmazzjoni u hija responsabbli mill-istampa u l-media soċjali ta’ Cinema Ideal, iċ-ċinema li rrinnovat u fetħet mill-ġdid Midas II Cinemas fl-2014.

Ilha taħdem fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-films għal aktar minn 20 sena. Hija bdiet il-karriera tagħha ma’ Atalanta/Medeia Filmes, fejn kienet responsabbli għall-istrateġiji ta’ komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni għall-ħruġ fis-swali ta’ aktar minn 200 film, il-programmazzjoni ta’ diversi programmi, dibattiti u festivals organizzati minn Medeia cinemas, kif ukoll il-Festival taċ-Ċinema ta’ IndieLisboa, fejn kienet il-Produttur Eżekuttiv. Qabel ma daħlet fin-negozju ċinematografiku, hija ħadmet bħala ġurnalista u kienet membru tat-tim ta’ riċerka tal-osservatorju tal-komunikazzjoni Obercom, fejn kienet l-awtriċi u l-koawtriċi ta’ diversi rapporti Ewropej. Hija għandha lawrja fl-Istudji tal-Media mill-Universidade Nova de Lisboa u Lawrja ta’ Masters fiċ-Ċinema. L-istudji postgradwatorji tagħha kienu fil-ġestjoni kulturali u d-diskorsi u l-kulturi emerġenti – mill-kritiċi sal-arti.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Axel Fjellman

Ambaxxatur ta’ 27 Times Cinema
Member of the LUX Selection Panel in 2024

Axel Fjellman, ta’ 21 sena, qed jistudja l-Politika u r-Relazzjonijiet Internazzjonali maċ-Ċiniż f’University College Dublin. Huwa nofsu Taljan u nofsu Żvediż, u twieled u trabba fi Brussell. Minn Awwissu 2023, se jibda jattendi l-Kulleġġ Ewropew tal-Films fid-Danimarka. Huwa sar involut ħafna fiċ-ċinema bis-saħħa tal-proġett 27 Times Cinema fil-Festival tal-Films ta’ Venezja. F’Diċembru 2022, huwa attenda ċ-Ċerimonja tal-European Film Awards f’Reykjavik, u intervista lill-kandidati u r-rebbieħa tal-Premju LUX tal-Udjenza tal-passat u tal-preżent (inklużi Lukas Dhont, Ruben Östlund u Jasmila Žbanić). Fi Frar 2023, ħadem fil-Festival tal-Films ta’ Berlin bħala Kinobetreuer.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Priscilla Gessati

Direttriċi tal-Programmazzjoni ta’ Cinéma L’Entrepôt
Member of the LUX Selection Panel in 2023, 2024

Wara li studjat ir-Russu f’INALCO u kisbet lawrja ta’ Masters fil-politika tal-kultura fl-Istitut tal-Istudji Ewropej f’Pariġi 8, Priscilla Gessati kienet inkarigata mill-istudji u r-reviżjoni tan-network tal-programm Ewropew Europa Cinemas qabel ma wettqet ħidma għaċ-ċentru taċ-ċinema muniċipali Forum des Images f’Pariġi. Hija ħadmet ukoll fuq il-programmazzjoni ta’ Ciné Lumière għall-Istitut Franċiż fir-Renju Unit u fuq il-produzzjoni tal-ħames festival tas-serje Totally Serialized TV. Impenjata bis-sħiħ fil-programmazzjoni u d-difiża taċ-ċinema arthouse u d-diversità, hija kkoordinat l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni u pubblikazzjoni f’Potemkine Films qabel ma ħadet f’idejha l-ġestjoni ta’ Le Balzac, teatru ċinematografiku storiku li jinsab fix-Champs Élyseés. Flimkien ma’ Joël Chapron, hija kienet il-koawtriċi ta’ Principles and Mechanisms of Financing French Cinema u Regulation and Practices of Cinematographic Exploitation, inizjalment maħsuba għas-suq Russu. Dan l-aħħar bdiet taħdem f’kariga ġdida f’l’Entrepôt f’Pariġi, spazju atipiku li jinkludi ċinema kif ukoll post fejn jittellgħu avvenimenti mużikali, gallerija tal-arti, ristorant u bar.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Denis Ivanov

Membru tal-Bord tal-European Film Academy, kofundatur tal-Festival tal-Films Internazzjonali Odesa, Children Kinofest, u Kyiv Critics Week, Kap tal-kumpanija tal-films Arthouse Traffic, distributur u produttur
Member of the LUX Selection Panel in 2024

Bħala produttur, Denis Ivanov għamel 8 films u aktar minn 40 film qasir. Il-film tiegħu The Tribe ta’ Myroslav Slaboshpitsiy rebaħ il-Grand-Prix tal-Cannes’ Critics Week 2014 u ħareġ f’aktar minn 40 pajjiż. Donbas ta’ Sergei Loznitsa rebaħ il-premju tal-Aqwa Direttur ta’ Un Certain Regard f’Cannes 2018. Ix-xogħlijiet reċenti tiegħu Rhino ta’ Oleh Sentsov (2021) u 107 Mothers ta’ Peter Kerekes ġew varati fl-għażla uffiċjali tal-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ Venezja.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Ondřej Kamenický

Direttur ta’ One World, il-Festival tal-Films Dokumentarji Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem
Member of the LUX Selection Panel in 2024

One World huwa meqjus bħala l-akbar festival tal-films dokumentarji dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja. Dan isir fi Praga u f’aktar minn 30 belt fiċ-Ċekja. Fil-festival jintwerew dokumentarji dwar id-drittijiet tal-bniedem, dwar kwistjonijiet soċjali, politiċi, ambjentali u tal-media, u jinkludi sessjonijiet ta’ mistoqsija u tweġiba, dibattiti tal-panel, avvenimenti ta’ realtà virtwali, proġetti ta’ impatt soċjali, skrinjar għall-iskejjel u l-East Doc Platform għall-industrija tal-films. One World jiddistribwixxi films dokumentarji, jipprovdi għajnuna lil festivals ġodda (eż. fin-Nikaragwa, il-Costa Rica, Hong Kong), jiffoka fuq persuni b’diżabilità u jorganizza edizzjoni ta’ One World fi Brussell.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Katarzyna Orysiak-Marrison

Head of Marketing at Gutek FilmKap tal-Kummerċjalizzazzjoni f’Gutek Film
Member of the LUX Selection Panel in 2024

Katarzyna ilha taħdem ma’ Gutek Film mill-2013, u hija responsabbli għat-tfassil u s-sorveljanza tal-proċess kollu tal-varar tal-films kollha tal-kumpanija, mill-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit sal-istrateġiji ġenerali tad-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u r-relazzjonijiet pubbliċi għal kull film varat. Hija kienet responsabbli għal aktar minn 100 kampanja ta’ suċċess għal films bħal Parasite ta’ Bong Joon-Ho, The House That Jack Built ta’ Lars von Trier, Portrait of a Lady on Fire ta’ Céline Sciamma, Toni Erdmann ta’ Maren Ade, Drive My Car ta’ Ryusuke Hamaguchi, Parallel Mothers ta’ Pedro Almodóvar, C’mon C’mon ta’ Mike Mills u Triangle of Sadness ta’ Ruben Östlund fost ħafna oħrajn. Imwielda fl-1982, ilha taħdem fl-industrija tal-films għal 17-il sena, u bħalissa qed tispeċjalizza fl-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni. Hija bdiet il-karriera tagħha fil-Festival tal-Films ta’ Varsavja bħala l-Kap tas-Servizzi għall-Mistednin, u aktar tard dawret l-attenzjoni tagħha għal fuq id-distribuzzjoni teatrali f’Mañana, distributur ibbażat f’Varsavja li jispeċjalizza fil-films tal-Amerika Latina, tal-Asja u tal-Afrika. Hija kienet responsabbli għall-istrateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ bosta films rebbieħa, minbarra il-programmazzjoni u l-produzzjoni ta’ firxa ta’ avvenimenti speċjalizzati bħall-iSpanish Cinema Week, l-Ale Kino World Film Festival u l-Latin American Film Festival. Fl-2022, Katarzyna ħolqot festival ġdid imsejjaħ Konfrontacje Filmowe (Konfrontazzjonijiet tal-Films) għal Gutek Film. Il-festival wera, u vara, għażla esklużiva tal-aktar films interessanti mill-istaġun li jmiss, u dawn intwerew f’24 ċinema arthouse mifruxa fi 18-il belt fil-Polonja. Katarzyna temmen bis-sħiħ fiċ-ċinema arthouse u għal dawn l-aħħar ftit snin kienet qed tfittex modi ġodda kif tippromwovi l-varar teatrali billi tgħaqqad metodi diġà ttestjati – li tikkoopera ma’ ditti, istituzzjonijiet u individwi, u avvenimenti teatrali speċjali – b’approċċ modern, analitiku u bbażat fuq id-data.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Joan Sala

Maniġer tal-Akkwiżizzjonijiet u Programmatur – FilmIn Platform
Member of the LUX Selection Panel in 2023, 2024

Joan Sala għandu lawrja fil-Komunikazzjoni Awdjoviżiva u Diploma fir-Reklamar. Ilu mill-2008 jaħdem fuq il-pjattaforma VOD Filmin, attwalment bħala Ko-Kap tal-Akkwiżizzjonijiet, Programmatur u Editur Maniġerjali. Fl-2010, Joan kien viċi direttur u programmatur tal-festival ġdid ta’ Filmin, l-Atlántida Mallorca Film Fest. Mill-2020, Joan kien ukoll il-programmatur fil-Huelva Ibero-American Film Festival, u kien ifittex talent ġdid għall-Gijón International Film Festival. Huwa jaħdem ukoll bħala lettur f’diversi universitajiet u skejjel tal-films.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Saulė Savanevičiūtė

Ambaxxatriċi ta’ 27 Times Cinema
Member of the LUX Selection Panel in 2024

Saulė Savanevičiūtė hija Ambaxxatriċi Litwana għall-Premjijiet tal-Udjenza Lux u 27 Times Cinema, li bħalissa qed tistudja għal Baċellerat fil-Filosofija fl-Università ta’ Vilnius, billi tgħaqqad il-perċezzjoni filosofika tagħha mal-oqsma tat-teoriji viżivi, il-filosofija taċ-ċinema u t-teoriji femministi. Il-varjetà wiesgħa tagħha ta’ prattiki artistiċi interdixxiplinari u proġetti personali, flimkien ma’ sfond professjonali ta’ ħidma f’festivals kulturali internazzjonali u f’istituzzjonijiet tal-arti kontemporanja, wasslitha biex tinvolvi ruħha mad-dinja tal-films b’mod aktar intimu. Minn meta saret parti minn 27 Times Cinema, Saulė kienet involuta f’festivals oħra tal-films, b’ħidma kontinwa ma’ Giornate degli Autori (Venezja, l-Italja), Kino Pavasaris (Vilnius, il-Litwanja) u r-Reykjavík International Film Festival (Reykjavík, l-Iżlanda).

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Claudia Tronnier

Direttriċi tal-Unità taċ-Ċinema f’ARTE
Member of the LUX Selection Panel in 2024

Claudia Tronnier studjat ir-reliġjon komparattiv, il-letteratura Ġermaniża ġdida, l-Indoloġija u x-xjenza tal-media f’Marburg, il-Ġermanja. Hija kienet tikteb dwar il-films għal mezzi tax-xandir differenti matul it-tmeninijiet qabel ma bdiet taħdem għal rasha max-xandar pubbliku Second German Television (ZDF) f’Mainz fl-1990. Hemmhekk ingħaqdet mad-dipartiment tat-talent Das kleine Fernsehspiel bħala editriċi tal-ikkummissjonar għal films, dokumentarji u tipi differenti ta’ formati esperimentali. Fl-2008, inħatret kap ta’ Das kleine Fernsehspiel. Matul iż-żmien tagħha f’ZDF, hija kkummissjonat għadd kbir ta’ koproduzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, inklużi diversi films ta’ produtturi tal-films Torok/Ġermaniżi u produtturi tal-films li għandhom l-għeruq tagħhom f’pajjiżi oħra. Hija stabbiliet programm biex tappoġġa lill-produtturi tal-films nisa u hija kofundatriċi ta’ premju għal diretturi nisa, SI STAR. Ilha mill-1 ta’ Jannar 2021 il-Kap taċ-Ċinema, tat-TV u tas-Serje f’Arte G.E.I.E. Hija wkoll membru tal-konferenza tal-programm u hija responsabbli għall-koordinazzjoni, l-għażla u l-programmazzjoni tal-programmi fittizji kollha li jintwerew fuq Arte u Arte TV.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Amitabh Vardhan

Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Cine Grand Group li jopera ċ-ċinemas fir-Rumanija u l-Bulgarija
Member of the LUX Selection Panel in 2024

Amitabh Vardhan għandu sfond professjonali varjat b’esperjenza mifruxa fuq diversi pajjiżi, inklużi l-Indja, l-Istati Uniti, il-Bulgarija, ir-Rumanija, is-Serbja, ir-Renju Unit u l-Maċedonja. Huwa għandu rekord b’saħħtu li jixpruna t-tkabbir tan-negozju permezz tal-innovazzjoni, l-espansjoni, u sħubijiet ġodda f’setturi bħad-divertiment, il-prodotti tal-konsumatur, is-servizzi, l-ospitalità, u l-proprjetà immobbli. Huwa bena timijiet kbar u transfunzjonali u mexxiehom b’mod effettiv lejn il-ksib ta’ għanijiet organizzattivi, stabbilixxa alleanzi strateġiċi ta’ benefiċċju reċiproku ma’ diversi partijiet ikkonċernati u żviluppa strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni effettivi li wasslu għal aktar viżibbiltà u tkabbir tad-ditta inkwistjoni. Amitabh ilu mill-2010 Direttur u Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Cine Grand DV, filwaqt li qabel, mill-2003, kien l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ PVR Cinemas (l-akbar katina taċ-ċinema fl-Indja).

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Matthijs Wouter Knol

Uffiċċjal Kap Eżekuttiv u Direttur tal-European Film Academy
Member of the LUX Selection Panel in 2023, 2024

Matthijs Wouter Knol, imwieled fin-Netherlands, ilu l-Uffiċċjal Kap Eżekuttiv u d-Direttur tal-European Film Academy mill-2021. Huwa responsabbli għall-ġestjoni eżekuttiva, il-viżjoni u l-programmazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet attwali u futuri tal-Akkademja, inklużi proġetti ġodda fjamanti ta’ żvilupp tal-udjenza u proġetti ta’ edukazzjoni ċinematografika li huma kollha relatati max-Xahar taċ-Ċinema Ewropew u mal-European Film Awards li jseħħu kull sena.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Maria Silvia Gatta

Il-Kummissjoni Ewropea, uffiċjal tal-politika għal Ewropa Kreattiva DĠ CNECT
Member of the LUX Selection Panel in 2021, 2022, 2023, 2024

Maria Silvia Gatta ngħaqdet mal-programm MEDIA tal-Kummissjoni Ewropea fl-2003, u ħadmet fuq l-evalwazzjoni tal-programm MEDIA+ u l-appoġġ għad-distribuzzjoni.

Wara li qattgħet perjodu barra mill-pajjiż, hija ilha mill-2019 tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Programm MEDIA tal-Ewropa Kreattiva 2021-2027 u taħdem fuq il-politika Ewropea dwar il-wirt ċinematografiku.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija

people

Fatima Djoumer

Kap tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Europa Cinemas
Member of the LUX Selection Panel in 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2021, 2022, 2023, 2024

Fatima Djoumer ingħaqdet mal-Europa Cinemas fl-1993 bħala Kap tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u tal-Avvenimenti u organizzat konferenzi tan-network, programmi ta’ żvilupp tal-udjenza, u laboratorji tal-innovazzjoni. Hija ħadmet ukoll fuq l-iżvilupp tat-Tikketta Europa Cinemas. Europa Cinemas huwa network tas-swali taċ-ċinema li jappoġġa ċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej barra mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom u jippromwovi attivitajiet ta’ żvilupp tal-udjenza, b’enfasi fuq iż-żieda tal-interess tal-udjenzi żgħażagħ fil-films Ewropej.

In-network għandu 1,216-il sala taċ-ċinema (bi 3,131 skrin) f’738 belt fi 43 pajjiż.

Mur lura għall-ħarsa ġenerali lejn il-membri tal-ġurija