Kronoloġija u proċess ta' klassifikazzjoni

Il-kronoloġija tal-Premju

Ġunju 2023
Laqgħa tal-Ġurija tal-LUX biex jiġu diskussi u magħżula l-ħames films li għandhom jiġu nominati għall-Premju LUX tal-Udjenza 2024

Settembru 2023
L-1 ta’ Settembru 2023: Tħabbir tal-ħames films nominati matul il-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ Venezja

Settembru 2023 – Marzu 2024
Wiri tal-films nominati matul il-perjodu “Ara, Ikklassifika u Irbaħ”

Is-16 ta’ April 2024
Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza – jitħabbar ir-rebbieħ waqt iċ-ċerimonja fil-Parlament Ewropew

Il-proċess ta’ klassifikazzjoni

L-udjenzi jistgħu jikklassifikaw il-ħames films nominati kollha mit-2 ta’ Settembru 2023 sal-14 ta’ April 2024. L-udjenzi se jkunu jistgħu jikklassifikaw kull film permezz tal-Pjattaforma ta’ Klassifikazzjoni tal-Premju LUX. Il-Membri tal-Parlament Ewropew se jkunu jistgħu jivvotaw ukoll permezz ta’ paġna tal-istituzzjoni li hija ddedikata għall-klassifikazzjoni. Il-klassifikazzjonijiet jistgħu jinbidlu kemm-il darba sa tmiem il-perjodu ta’ klassifikazzjoni. Se titqies biss l-aħħar klassifikazzjoni mitfugħa.

Il-klassifikazzjoni finali se tiġi ddeterminata billi jingħaqdu l-punteġġ tal-pubbliku u l-punteġġ tal-Membri tal-Parlament Ewropew, b’kull grupp ikollu 50% tal-punteġġ finali. Il-film rebbieħ se jitħabbar fiċ-Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza fis-16 ta’ April 2024 fil-Parlament Ewropew.