The Teacher's lounge
Ilker Çatak
Ir-rebbieħ tal-Premju LUX tal-Udjenza 2024 tħabbar fis-16 ta’ April fl-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew fi Brussell. Nifirħu lill-film rebbieħ “The Teachers’ Lounge” dirett minn lker Çatak.
L-aħħar aħbarijiet
Attivitajiet relatati mal-Premju
Il-Premju LUX tal-Udjenza huwa ppreżentat mill-Parlament Ewropew u mill-European Film Academy kull sena, fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Europa Cinemas. Il-premju jiċċelebra ċ-ċinema Ewropew u għandu l-għan li jqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet soċjali, politiċi u kulturali Ewropej.
Wiri tal-films LUX
Bis-saħħa tal-Premju LUX tal-Udjenza, il-ħames films nominati kollha se jiġu sottotitolati bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u se jintwerew fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Titlifx l-opportunità li tara l-films, tikklassifikahom fuq dan is-sit web u tirbaħ wieħed mill-premji sbieħ.
Ara aktar Wiri tal-films LUX27 Darba Ċinema
Iċċekkja kif tista' tapplika għall-programm 27 Darba għal żgħażagħ li jħobbu ċ-ċinema u kif tista' ssir promotur tal-Premju LUX tal-Udjenza. Ingħaqad mal-Parlament Ewropew biex tappoġġa l-valuri Ewropej u d-diversità kulturali!
Ara aktar 27 Darba ĊinemaSħab
INGĦAQAD MAL-KOMUNITÀ!
Flimkien.eu hija komunità ta’ nies li jemmnu fid-demokrazija u li jridu jagħtuha tifsira reali hekk kif joqorbu l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss. Flimkien.eu tgħaqqad lin-nies mill-Ewropa kollha biex jiltaqgħu, jaqsmu l-għarfien bejniethom u jitgħallmu ħiliet ġodda, filwaqt li jħeġġu lill-oħrajn joħorġu jivvutaw fl-2024. Irreġistra hawn biex tinvolvi ruħek – aktar ma joħorġu jivvutaw nies, aktar issir b’saħħitha d-demokrazija tagħna!