Fallen Leaves poster

© Sputnik Oy, Bufo

Finlandja | 81 min | 2023

Sinteżi:

Fallen Leaves jirrakkonta l-istorja ta’ żewġ persuni li jħossuhom waħedhom (Alma Pöysti u Jussi Vatanen) li jsiru jafu lil xulxin b’kumbinazzjoni lejla minnhom f’Helsinki u jippruvaw isibu l-ewwel u l-unika mħabba - l-imħabba ta’ ħajjithom. Triqithom lejn dan l-għan tant dinjituż hija mfixkla mill-problema tax-xorb li għandu r-raġel, minn numri tat-telefown mitlufin, mill-fatt li ma jafux l-isem u l-indirizz ta’ xulxin, u t-tendenza ġenerali tal-ħajja li tqiegħed ostakli fit-triq ta’ dawk li jkunu qed ifittxu l-kuntentizza tagħhom.

Din it-traġikummiedja delikata, li kienet meqjusa mitlufa, hija r-raba’ parti tat-triloġija ta’ Aki Kaurismäki ddedikata lill-klassi tal-ħaddiem (Shadows in Paradise, Ariel, u The Match Factory Girl).
 

Ikklassifika l-film (open in a new tab)