old man taking picture of a young woman© Plattform Produktion AB, Essential Films GmbH, Société Parisienne de Production, Triangle of Sadness Ltd.

 

L-Iżvezja, Il-Ġermanja, Franza, Ir-Renju Unit | 142 min | 2022

Sinteżi: Satira bla riżervi, li fiha, ir-rwoli u l-klassi jinqalbu ta' taħt fuq u jinkixef il-valur ekonomiku baxx u pretenzjuż tas-sbuħija. Il-mudelli Carl u Yaya qed jinnavigaw id-dinja tal-moda filwaqt li jesploraw il-konfini tar-relazzjoni tagħhom. Il-koppja hija mistiedna fuq cruise lussuż b'sinjuruni kbar abbord, oligarka Russu, negozjanti tal-armi Brittaniċi u kaptan alkoħoliku partikolari, li jħobb jikkwota lil Marx. Għall-ewwel, kollox jidher Instagrammabbli. Iżda ġejja maltempata, u matul l-ikla tal-kaptan fejn jiġu servuti seba' platti, il-baħar idardar lill-passiġġieri bil-kbir. Il-cruise jispiċċa b'mod katastrofiku. Carl u Yaya jsibu ruħhom fuq gżira abbandunata ma' grupp ta' biljunarji u waħda mill-persuni li xogħolhom hu li jnaddfu l-vapur. F'salt wieħed, il-ġerarkija tinqaleb ta' taħt fuq, peress li l-mara li tnaddaf hija l-unika waħda li taf tistad.