Mappa tal-wiri

Sib l-eqreb wiri fiċ-ċinema jew online tal-films nominati fil-pajjiżi tal-UE, billi tuża l-filtru tat-tiftix hawn taħt. It-tfittxija se turi wirjiet fiċ-ċinema jew online tal-films nominati sa Novembru 2022.

Jiem tal-Film LUX – minn nofs Marzu sat-23 ta' Mejju 2022, grazzi għall-Premju LUX tal-Udjenza, it-tliet films nominati: Flee, Great Freedom (Grosse Freiheit) u Quo Vadis, Aida?, sottotitolati fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, se jintwerew fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, fil-ġimgħa li tibda fit-28 ta' Marzu 2022, il-Ġimgħa LUX tal-Pubbliku se tinkludi wirjiet simultanji tal-films nominati murija f'bosta bliet fl-UE, segwiti minn sessjoni ta' mistoqsija u tweġiba ma' rappreżentant wieħed jew tnejn tal-film (direttur, attur, eċċ.).

Ivvota għall-film nominat favorit tiegħek biex isir ir-rebbieħ tal-Premju LUX tal-Udjenza għall-2022. Tista' tivvota billi tikklassifika l-films. Meta tivvota, tidħol fiċ-ċans li tipparteċipa fiċ-ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza, li se ssir fit-8 ta' Ġunju 2022 fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Sib il-films online hawnhekk

Agħżel xi għażliet
2022 Lulju
Agħżel xi għażliet