Premju LUX (2007-2019)

X'kien il-Premju Ċinematografiku LUX?

Il-Premju Ċinematografiku LUX, stabbilit fl-2007, ingħata kull sena mill-Parlament Ewropew, sakemm l-istituzzjoni ngħaqdet mal-European Film Academy u introduċiet il-Premju LUX tal-Udjenza fl-2020.

Il-Premju hu msemmi għall-unità ta' dawl, "lux", li bil-Latin tfisser "dawl". L-għan tal-Premju LUX kien li jdawwal id-dibattitu pubbliku dwar l-integrazzjoni Ewropea u jiffaċilita t-tixrid tal-films Ewropej fl-Unjoni Ewropea, li jibqa' element ewlieni tal-premju l-ġdid.

Fil-qafas tal-Premju Ċinematografiku LUX, il-Ġurija għażlet 10 films. Il-proċess tal-għażla jagħti lok ukoll għal sottomissjonijiet individwali.

Minn 10 films, it-3 finalisti magħżula ġew sottotitolati fl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea u ntwerew madwar l-Ewropa. Il-Membri tal-PE biss setgħu jivvutaw fuq in-nominati u għalhekk iddeterminaw ir-rebbieħ.

Għalkemm l-Membri tal-PE ddeċidew ir-rebbieħ, il-pubbliku seta' wkoll jagħti fehmtu permezz tar-Rakkomandazzjoni tal-Udjenza: matul il-wiri tal-Jiem tal-Films LUX l-udjenza setgħet tivvota għall-film favorit tagħha mit-tliet finalisti, għalkemm dan il-vot ma kellux influwenza diretta fuq ir-riżultat tar-rebbieħ tal-Premju LUX.

Nistednuk tesplora l-ġabra ta' films LUX.

Nistednuk tesplora l-ġabra ta' films LUX.