CORPUS CHRISTI
Jan Komasa

Sinteżi:
CORPUS CHRISTI juri l-istorja ta' Daniel li għandu 20 sena u li jesperjenza trasformazzjoni spiritwali waqt li jkun qed jgħix f'ċentru ta' detenzjoni taż-żgħażagħ. Huwa jixtieq isir qassis iżda dan mhuwiex possibbli minħabba r-rekord kriminali tiegħu.
Meta jintbagħat jaħdem f'workshop ta' mastrudaxxa f'belt żgħira, mal-wasla tiegħu jilbes bħala qassis u b'mod aċċidentali jieħu f'idejh il-parroċċa lokali. Il-wasla tal-predikatur żagħżugħ u kariżmatiku hija opportunità għall-komunità lokali biex tibda l-proċess ta' fejqan wara traġedja li seħħet hemmhekk.