Kronoloġija u proċess ta' votazzjoni

Kronoloġija tal-Premju

Ottubru 2021
Laqgħa tal-Ġurija tal-Premju LUX biex tiddiskuti u tagħżel tliet films biex jiġu nominati għall-Premju LUX tal-Udjenza 2022.

Diċembru 2021
11/12: Tħabbira tat-tliet films nominati waqt iċ-Ċerimonja tal-European Film Awards.

Diċembru 2021 – Mejju 2022
12/12/21 – 25/5/22: Promozzjoni tal-films nominati matul il-perjodu "ara u vvota": wiri madwar l-Ewropa, permezz tal-Jiem tal-Films LUX (Marzu – Mejju) u l-Ġimgħa LUX tal-Pubbliku (28 ta' Marzu – 3 ta' April 2022).
Il-votazzjoni hija miftuħa għall-pubbliku matul dan il-perjodu.

Mejju 2022
25/5/22: Il-votazzjoni tingħalaq

Ġunju 2022
8/6/22: Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza – tħabbira tal-film rebbieħ waqt iċ-ċerimonja fil-Parlament Ewropew.

Proċess tal-votazzjoni

Din is-sena l-udjenza tista' tivvota għat-tliet films nominati mit-12 ta' Diċembru 2021 sal-25 ta' Mejju 2022. L-udjenzi se jkunu jistgħu jikklassifikaw kull film permezz ta' dan is-sit web. Il-Membri tal-Parlament Ewropew se jivvotaw ukoll permezz ta' paġna ddedikata għall-votazzjoni tal-istituzzjoni. Il-klassifikazzjonijiet jistgħu jinbidlu kemm-il darba sakemm tingħalaq il-votazzjoni. Se titqies biss l-aħħar votazzjoni mitfugħa.

Il-klassifikazzjoni finali se tiġi ddeterminata billi jingħaqdu l-voti tal-pubbliku u dawk tal-Membri tal-Parlament Ewropew, bit-tnejn li huma jkollhom 50% tal-votazzjoni. Il-film rebbieħ se jitħabbar fiċ-Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza fit-8 ta' Ġunju 2022 fil-Parlament Ewropew.