27 Times Cinema

Il-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej u tad-diversità kulturali fost iż-żgħażagħ minn dejjem kienet prijorità tal-Parlament Ewropew. X'hemm mezz aħjar miċ-ċinema biex jiġi ġġenerat dibattitu mqanqal dwar l-ideat Ewropej?

Mill-2010 'l hawn, il-proġett "27/28 Times Cinema" ġie stabbilit u promoss mill-Premju Ċinematografiku LUX u s-sħab, bħall-Giornate degli Autori (Il-Festival ta' Venezja) u Europa Cinemas. Din l-inizjattiva tibni fuq kors ta' taħriġ intensiv ta' 10 ijiem f'Venezja, għal 27 żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej li jħobbu l-films u attivi fil-komunità.

Matul iż-żjara tagħhom, jiltaqgħu mal-Membri tal-PE, l-influwenzaturi, l-esperti tal-komunikazzjoni, l-esibituri, id-diretturi tal-films, il-membri tal-ġurija, u jirrappreżentaw l-iżgħar ġurija tal-Festival ta' Venezja. Meta jmorru lura f'pajjiżhom, huma jsiru "Ambaxxaturi LUX", u jippromwovu l-films LUX u l-attivitajiet relatati fil-komunitajiet tagħhom. Ta' kull sena qed jikber in-network ta' aktar minn 300 sostenitur, "Ambaxxaturi LUX" entużjasti u multiplikaturi differenti.